Wara nar f’Firenze, tħassru iżjed minn 24 vjaġġ tas-servizz tal-ferrovija ta’ veloċità għolja.

In-nar beda jaqbad filgħodu kmieni fil-kamra tal-kontroll tan-netwerk tal-ferroviji. L-indikazzjonijiet huma li kien att ta’ ħruq volontarju, skont l-amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja RFI. Dan in-nar affettwa l-użu tal-ferroviji madwar l-Italja kollha f’ġimgħa meta diġà se jsir azzjoni industrijali minn naħa tal-unjins tat-trasport.

Il-ferroviji madwar Firenze twaqqfu sabiex l-awtoritajiet jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom. Is-servizz issa tkompla, iżda b’dewmien ta’ xi 3 sigħat, u bi tħassir ta’ iżjed minn 24 vjaġġ bil-ferroviji ta’ veloċità għolja.