Sejba ta’ madwar €125 miljun droga seħħet fl-Awstralja wara li s-sewwieq ħabat f’karozza tal-Pulizija. Il-Pulizija tellgħu filmat tal-ħabta sseħħ u tad-drogi ppakkjati fil-kaxxi.

Is-sewwieq, raġel ta’ 28 sena, kien qed isuq vann b’270 kilogramma metanfetamina. Huwa baqa’ dieħel f’vann tal-Pulizija vojt, ipparkjat barra għassa tal-Pulizija. Il-vann faqalu l-quddiem, u baqa’ għaddej. Però, inqabad mill-Pulizija siegħa wara peress li kien hemm filmati tas-CCTV.

Is-sewwieq qed jiġi akkużat b’sewqan negliġenti u b’pussess tad-droga, u se jidher fil-Qorti llum.