Il-Mediaset ħabbar uffiċjalment li l-programm li tant kien popolari fis-Snin 90 Giochi Senza Frontiere se jkun qed jerġa’ jsir, iżda b’differenza waħda, dak li l-isem se jkun Euro Games.

Dan il-fatt mhux se jbiddel xejn mill-format oriġinali li kien kiseb tant suċċess f’bosta pajjiżi madwar id-dinja, inkluż pajjiżna, fejn ġew ukoll mtella’ xi edizzjonijiet.

L-auditions għall-verżjoni l-ġdida ta’ Giochi Senza Frontiere sar fil-weekend li għadda u kienu miftuħa għal dawk li huma sportivi u għandhom bejn it-18 u l-50 sena.  Dawk magħżula se jkunu qed jissejjħu f’Settembru għall-filming ta’ l-ewwel programmi.

Ilary Blasi se tkun qed tmexxi dan il-programm flimkien ma’ Alvin, u se jkun qed jixxandar fuq l-istazzjon tal-Mediaset, Canale 5.

Dan ifisser li Blasi mhux se tkun qed tmexxi l-edizzjoni li jmiss ta’ Grande Fratello VIP u dan il-programm issa se jkun qed jitmexxa minn Alfonso Signorini.

AQRA: Giochi Senza Frontiere se jerġa’ jsir!