Din mhux xi ċajta. Int tista’ tkun fil-vidjow mużikali ġdid tal-Queen!

Il-kampanja You Are The Champions ġiet imnedija fl-aħħar sigħat wara li l-vidjow mużikali tal-kanzunetta tagħhom Bohemian Rhapsody qabżet il-miljun view fuq il-YouTube u b’hekk issa ġie maħsub li jinvolvu lill-fans minn madwar id-dinja għall-proġett il-ġdid tagħhom.

Dan il-proġett se jkun qed idur madwar tlieta mill-kanzunetti l-aktar popolari tal-grupp Queen: Bohemian Rhapsody, Don’t Stop Me Now u A Kind of Magic.

Fans li minn madwar id-dinja li għandhom minn 13-il sena ‘l fuq qed jiġu msejħa jissottomettu l-verżjonijiet tagħhom, u għalhekk din l-informazzjoni kapaċi tinteressa lilek ukoll.

Dawk kollha interessati kull ma jridu jagħmlu huwa jidħlu fis-sit youarethechampions.com

Dawn it-tlett vidjows mistennija jkunu lesti u mtella’ fuq ic-channel uffiċjali tal-YouTube tal-Queen sal-aħħar tas-sena.

Awguri lil dawk kollha li qed jitħajru jkunu parti minn dan il-proġett!