Notte Bianca din is-sena se tkun tassew waħda kbira għax minn ġurnata qabel, il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru, fuq il-Fosos tal-Furjana se jittella’ kunċert kbir bis-sehem ta’ artisti Taljani kbar bħal Alessandra Amoroso, Gigi D’Alessio, Elisa, Emma, Francesco Gabbani, Guè Pequeno, J-Ax, Mahmood, Max Pezzali, Raf u Umberto Tozzi.

Ma’ dawn l-artisti mistennija jipparteċipaw bosta artisti Maltin u s’issa diġà ssemmiet l-ewwel waħda, Ira Losco.

Dawn l-artisti se jkunu akkumpanjati mill-Mediterranean Orchestra bis-sehem ta’ 60 mużiċist taħt direzzjoni ta’ maestro Bruno Santori, li huwa d-direttur artistiku ta’ dan il-festival mużikali li qed jittella’ taħt il-kappa tal-Mediterranean Stars Festival.

Dan il-festival mhux se jkun attrazzjoni għal pajjiżna biss iżda wkoll fl-Italja, fejn se jkun qed jixxandar live fuq Radio Italia solomusicaitaliana, fuq Radio Italia TV kif ukoll se jkun streamed fuq radioitalia.it

Madwar satejn u nofs wara se jkun qed jixxandar ukoll fuq Real Time.

Il-Mediterranean Stars Festival huwa produzzjoni tal-Awtorità tat-Turiżmu f’Malta u l-Ministeru għat-Turiżmu ta’ Malta.

Għalkemm dan il-kunċert id-dħul huwa b’xejn, wieħed irid minn issa jibbukkja l-biljetti tiegħu, u jirċevihom dirett fl-inbox tal-email tiegħu jew permezz tal-app fuq il-mowbajl.

Għall-istruzzjonijiet kollha idħlu fis-sit https://www.ticketarena.co.uk/events/MEDITERRANEAN-ST