Andrea Camilleri ma' Luca Zingaretti li jinterpreta lil Montalbano

Wara li ftit tal-jiem miet l-awtur Sqalli Andrea Camilleri, bosta huma dawk li staqsew x’se jsir mill-karattru ta’ Monalbano li huwa kien ħoloq u li ġew addattati f’serje ta’ films, li kull meta jintwerew ikomplu jiksbu suċċess.

Żgur mhux forsi matul dan is-sajf, Rai Uno se jkun qed jerġa jxandar mill-ġdid uħud mill-films ta’ Montalbano u kmieni s-sena d-dieħla stennew ukoll tlett films ġodda

AQRA: Tliet films ġodda ta’ Montalbano għas-sena d-dieħla

Però dawn mhux se jkunu tal-aħħar. Żgur li le.

Dan għaliex Andrea Camilleri ħaseb fit-tmiem ta’ Montalbano 13-il sena ilu. Però qatt ma ppubblikah bħala ktieb u lanqas għaddieh biex jiġi addattat għat-televiżjoni.

Camilleri xtaq li wara mewtu, jixparixxi wkoll mix-xena Montalbano u għalhekk kiteb l-aħħar storja ta’ dan il-kummissarju li fuq it-televiżjoni huwa interpretat minn Luca Zingaretti.

F’waħda mill-aħħar intervisti tiegħu, Camilleri jgħid li Montalbano mhux se jmut, iżda se jisparixxi. Però ma reidx jelabora aktar u wisq probabbli la darba joħroġ, dan l-aħħar ktieb ta’ Montalbano se jitqies bħala kapolavur.

Il-manuskritt ta’ dan il-ktieb kien ġie ssiġillat u mgħoddi lil Elvira Sellerio, il-pubblikatriċi tal-kotba ta’ Camilleri.

Filwaqt li mhux ċar eżatt kif se jkun it-tmiem ta’ Montalbano, bosta qed jippruvaw jaħsbu x’ried jgħid Camilleri meta qal li “Montalbano mhux se jmut u mhxu se jirtira, iżda se jkollu l-istess tmiem ta’ personaġġi letterarji oħra.

AQRA: Miet l-awtur Andrea Camilleri; ħoloq il-karattru tal-Ispettur Montalbano