Nirien ħakmu residenza fix-Xagħra lbieraħ filgħaxija.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fi Triq Parisott fit-8.30pm. Waqt l-inċident kien hemm xi persuni fil-binja.

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili issejħu fuq il-post sabiex jassistu fejn instab li n-nirien oriġinaw mill-garaxx. Il-persuni li kienu fil-binja ma sofrew l-ebda ġrieħi.