“Qed nieħu ħafna gost bħalissa… ħafna kulturi u lingwi differenti…ħafna attivitajiet…differenti milli xi ħaġa li nagħmlu Malta.”

Dawn kienu kliem ta’ Scout Malti li qed jattendi ir-24 World Scout Jamboree fl-Amerka ta’ Fuq. L-iscouts il-Maltin ingħaqdu mal-45,000 persuna oħra madwar id-dinja biex jesperjenzaw ħafna attivitajiet u affarijiet differenti bit-tema “Unlock a New World”.

Il-Jamboree, li qed issir bejn it-22 ta’ Lulju u t-2 t’Awwissu, tiffoka fuq attivitajiet li jedukaw dwar il-paċi, dwar kulturi differenti, u li joffru ħiliet ta’ mexxejja.

Aqra: Maltese Scouts to join 45,000 young people to experience once-in-a-lifetime adventure in the US