Mediċini essenzjali tat-trabi u tfal għandhom jitpoġġew fil-hand luggage meta wieħed isiefer, f’każ li dawn jimirdu jew ikunu morda meta jsiefru.

L-istudju kkumpara 75,000 inċidenti mediċi li seħħew f’titjiriet ta’ 77 kumpanija tal-ajru minn madwar id-dinja kollha bejn Jannar tal-2015 u Ottubru tal-2016. Sturdament u remettar huma l-iktar żewġ kundizzjonijiet komuni fost it-tfal waqt xi titjira, filwaqt li d-deni hu t-tielet l-iktar kundizzjoni komuni. Hekk kif ġeneralment

X’tista’ tieħu miegħek fuq ajruplan?

Wieħed jista’ jtella mediċini essenzjali ta’ iktar minn 100ml, inkluż likwidi relatati ma’ bżonnijiet tad-dieta u inhalers, kif ukoll apparat mediku. Madanakollu importanti li jkollu ittra tat-tabib jew kopja tar-riċetta. L-uffiċċjali tas-sigurtà jistgħu jiftħu l-basket u l-kontenitur biex jiċċekkjaw. Tablets huma permessi wkoll.

Titjiriet qosra huma biss obbligati jġorru First Aid kits bażiċi li jinkludu stikek u faxex, u ma jkollhomx apparat bħal asthma inhalers.

Skont l-istudju minn grupp ta’ riċerkaturi minn Duke University fl-Istati Uniti, il-maġġoranza ta’ każijiet ta’ mard tat-trabi u tfal waqt xi titjira jinvolvi kundizzjonijiet li jistgħu jiġu trattati faċilment. Skont l-istess riċerka l-kumpaniji tal-ajru ħafna drabi ma jġorrux mediċin tat-tfal f’każ ta’ emerġenza fuq l-ajruplani.

Espert mir-Renju Unit qal li ġenituri li jkunu qed jippreparaw għall-vaganza tas-sajf tal-familja għandhom jieħdu ħsieb li jkollhom magħhom il-mediċini essenzjali għal kundizzjonijiet ta’ wliedhom.