Bħalissa għaddej il-Jamboree dinji tal-Iscouts li din is-sena qed jiġi organizzat fl-Amerka ta’ Fuq. Il-kontinġent Malti huwa ffurmat minn 57 scouts minn Malta u Għawdex, li ngħaqdu ma’ 45,000 persuna oħra madwar id-dinja. Dan biex jesperjenzaw ħafna attivitajiet u affarijiet differenti bit-tema “Unlock a New World”.

Scout Malti sostna li fl-esperjenza tiegħu s’issa, anka li tistenna fi kju għal attività hija xi ħaġa ta’ gost, għax tiltaqa’ ma ħafna nies ġodda. Apparti minn hekk, qal li l-kontinġent Malti qed jaħdem tajjeb ħafna flimkien waqt l-attivitajiet, hekk kif dik hija waħda mill-vantaġġi ta’ kontinġent żgħir; kulħadd jaf lil kulħadd u għalhekk il-komunikazzjoni hija iżjed faċli u ċara.

Aqra: Filmat: “Differenti milli nagħmlu Malta”

Scout oħra li tifforma parti mill-kontinġent Malti qalet li l-esperjenza hija unika u sabiħa mmens, fejn qed ikollha ċans tagħmel ħafna ħbieb ġodda. Spjegat li kulħadd jiġi b’ċertu ħeġġa għall-ħbiberija.

 

Filmat: “Qed niltaqgħu ma’ Scouts minn kulturi differenti”

Dan huwa l-24 World Scout Jamboree li qed issir bejn it-22 ta’ Lulju u t-2 t’Awwissu. L-attivitajiet prinċipali joffru ħiliet ta’ mexxejja, jedukaw dwar il-paċi u dwar kulturi differenti.