Luke Zerafa

Il-Partit Nazzjonalista se jappoġġja n-nomina ta’ Helena Dalli għal Kummissarju Ewropew.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Partit Nazzjonalista.

Aqra: Helena Dalli nominata għal Kummissarju Ewropew – Muscat

Dalli ġiet nominata mill-Prim Ministru Joseph Muscat biex tkun Kummissarju Ewropew fil-Kummissjoni li se tkun immexxija minn Ursula von der Leyen, li wriet ix-xewqa li jkun hemm bilanċ bejn il-Kummissarji nisa u l-Kummissarji rġiel. Dan wassal lill-Prim Ministru biex jinnomina lil Dalli minkejja li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna allegatament kien interessat fil-kariga wkoll.

Aqra: Dalli jew Scicluna għal Kummissarju Ewropew?

Hija mbagħad irreżenjat minn Ministru għall-Ugwaljanza u minflokha laħaq Edward Zammit Lewis.

Aqra: Zammit Lewis jieħu l-ġurament tal-ħatra

Dalli se tieħu post Karmenu Vella, li kien Kummissarju Ewropew għall-Ambjent u l-Affarijiet Marittimi.