Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Tul il-lejl kien hemm żewġ serqiet fil-Gżira u f’Tas-Sliema minn ħames nisa, u l-ħalliel jew ħallelin involuti rnexxielhom jaħarbu.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li l-vittmi nsterqu fil-pubbliku, u mhux minn darhom jew ġol-ħwienet.

Is-serqa tal-Gżira ġrat fil-11.15pm ġo Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa. Il-vittmi kienu żewġ nisa ta’ 35 sena, waħda minn Bormla u l-oħra mill-Mosta. Il-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post bil-basket misruq. In-nisa rrifjutaw l-assistenza medika.

F’Tas-Sliema kien hemm każ simili fl-4am, meta tliet nisa barranin sfaw attakkati minn ħalliel, li rnexxielu jaħrab minn fuq il-post imma ma rnexxilux joħdilhom il-basket. Żewġ nisa minnhom ittieħdu l-isptar, fejn irriżulta li għandhom ġrieħi ħfief. Waħda minnhom hija Kroata ta’ 25 sena li toqgħod l-Imsida. Il-Pulizija ma kellhiex dettalji dwar il-vittmi l-oħrajn.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.