Antonio Flores, l-uniku blade runner Malti qed jitrenja 12-il siegħa fil-ġimgħa biex jieħu sehem f’kompetizzjoni f’Pariġi li se ssir dan ix-xahar. Hu qed jaspira li jirnexxielu jikkwalifika għall-Paralympics ta’ Tokyo li se jsiru s-sena d-dieħla.

Il-Professur Paolo Catalfamo ingħaqad ma’ Flores waqt it-sezzjonijiet tat-training u qal li sar jaf bl-atleta meta ra li qed jipprova jagħmel crowdfunding biex ikun jista’ jikkompeti f’Pariġi. Catalfamo qal li kien f’dan il-punt li ddeċieda li jgħinu billi provdielu sponsor grazzi  għal GlobalCapital.

Qabel ma jirnexxielu jtellaq, Flores irid jgħaddi minn proċess ta’ assessjar f’Pariġi, kif ukoll irid ilaħħaq mal-ħinijiet biex ikun jista’ jikkompeti fit-tlielaq tal-100m u l-200m.