Wayne Rooney assigura lil martu Coleen li mhux se jerġa’ jaqa’ għal-logħob tal-ażżard, anka jekk il-kumpanija tiegħu tal-logħob tal-ażżard imxiet miegħu għal Derby.  Rooney li għandu 33 sena qal lil martu u lil xi ħbieb li se jkun qed iżomm ‘l bogħod kemm jista’ mit-tentazzjoni.

Qal ukoll li mhux se jerġa’ jilgħab man-nar fejn jidħol iż-żwieġ tiegħu ma’ martu. Il-koppja Rooney ilhom miżżewġin 11-il sena. L-eks Captain tat-tim Ingliż, ħasad id-dinja tal-futbol meta annunċa li kien se jitlaq minn ma’ DC United u jirritorna għal-logħob fl-Ingilterra.

Qed jintqal li jista’ jkunu li kienet martu r-raġuni għaliex se jmorru lura l-Ingilterra. Skont il-gazzetta The Sun, Coleen uriet ix-xewqa li tmur lura pajjiżha hekk kif ma bdietx tħossha sew bogħod mill-Ingilterra.