ASA

Ħames tfal tilfu ħajjithom f’inċident sfortunat f’Pennsylvania l-Amerka. Huma kienu qegħdin l-iskola meta l-binja għal xi raġuni ħadet in-nar. Persuna oħra li kienet fil-binja spiċċat feruta.

L-inċident seħħ fil-villaġġ ta’ Erie. Ir-raġuni għaliex il-binja ħadet in-nar għadha qed tiġi investigata. L-awtoritajiet ikkonċernati ħabbru li l-vittmi involuti kellhom bejn tmien xhur u seba’ snin.