Il-Klabb taċ-Ċikliżmu tal-Mosta ospita l-avveniment annwali tas-Santa Marija Sprints
nhar il-Ħadd. Dan jifforma parti miċ-ċelebrazzjonijiet annwali tal-festa tal-Mosta.

L-iżgħar ċiklisti taw bidu għat-tlielaq fil-kategoriji ta’ taħt it-12 u l-14-il sena, segwiti
mill-bqija tal-kategoriji. It-tlielaq tal-kategorija Open kienu pjuttost popolari kemm fil-kategoriji tal-Irġiel kif ukoll tan-Nisa. Il-kategorija Elite u dik tal-Juniors intrebħu minn
ċiklisti tal-Klabb Mosti.

Il-premijiet lir-rebbieħa tqassmu mill-President tal-Klabb, iċ-ċiklist veteran John Magri li ħa l-opportunita biex jirringrazzja lill-parteċipanti kollha u lil dawk kollha li pprovdew l-appoġġ tul l-avveniment. Fr. Bastjan Caruana, l-Arċipriet tal-Mosta bierek il-parteċipanti u r-roti, kif ukoll awgura aktar suċċess lill-klabb fil-futur.

Riżultati Uffiċjali
Under12
1st – Keith Sultana
Under 14 Nisa
1st – Christina Spiteri
Under 14 Irgiel
1st – Adam Camilleri
Under 16 Irġiel
1st – Darren Sultana
2nd – Luke Camilleri
3rd – Jacob Ellul
Under23 Irġiel
1st – Brandon Sultana
2nd – Andrew Curmi
3rd – Joseph Mifsud
Masters 40+
1st – Brian Rogers
2nd – Ivan Zammit
3rd – Christian Mangion
Masters 60+
1st – Emmanuel Camilleri
2nd – Charles Zammit
3rd – Charles Chetcuti
Juniors
1st – Sean Enriquez
2nd – Max Zammit
3rd – Clyve Chetcuti
Open – Nisa
1st – Martina Pizzuto
2nd – Charmaine Galea
3rd – Elle Bonello
Open – Irġiel
1st Joseph Seychell
2nd Antoine Spiteri
3rd – Marcus Bobrik
Elite
1st – Pierre Borg
2nd – Steve Sciberras
3rd – Christian Formosa