It-tifrik li ħalla ċipajjklun li laqat il-pajjiż li kompla żied il-kriżi ekonomika fiz-Zimbabwe

Il-Knisja fiz-Zimbabwe hi mħassba ħafna dwar is-sitwazzjoni fiz-Zimbabwe tant li ħarġet stqarrija fejn appellat biex tinstama l-karba ddisprata ta’ familji li qed ibatu l-ħuħ u jgħinuhom. Bħalissa, miljuni ta’ persuni qed jiffaċċjaw ġuħ kbir u qed jitkarrbu għall-għajnuna.

Il-Catholic International Development Charity of England and Wales (CAFOD) qed tipprovdi għajnuna lil dawk fil-bżonn.

“Għal Zimbabwe din hi sena tal-biża; hemm nixfa kbira li wasslet biex l-uċuħ tar-raba ma tawx frott, il-ħsarat kaġunati minn ċiklun u l-kriżi ekonomika tal-pajjiż li flimkien qed iħallu impatt terribbli fuq il-popolazzjoni”. Hekk qalet Verity Johnson, li hi r-rappreżentanta ta’ CAFOD fiz-Zimbabwe.

Ir-risposta tal-Knisja

Johnson, li bħalissa tinsab f’Harare, il-kapitali taz-Zimbabwe qalet li ffaċċjata b’din is-sitwazzjoni, il-Knisja hi attiva ħafna fuq diversi livelli.  Il-Mexxejja tal-Knisja Kattolika qed jaħdmu ma’ mexxejja ta’ Knejjes oħra biex jipperswadu lill-Gvern, lill-Komunità Internazzjonali, għal għajnuna biex tittaffa din il-kriżi.

Il-Knisja ilha ħafna tgħid biex ikun hemm djalogu nazzjonali fejn dawk kollha interessati għandhom jersqu flimkien biex jaraw kif se jilqgħu għall-kiriċi attwali u jikkonsultaw mal-poplu dwar it-triq ‘l quddiem.

Il-ħidma ta’ CAFOD’s

Skont Vatican News, CAFOD qed taħdem mal-Knisja u ma’ Caritas b’mod prattiku fuq livell ta’ komunità u djoċesi biex titaffa din il-kriżi.

Johnson spjegat li b’mod immedjatament, fiż-żoni milquta miċ-ċiklun, qed jipprovdu ikel lil dawk li tilfu kollox u fl-istess ħin qed jgħinu n-nies jerġgħu jqumu uq saqajhom billi jirrestawraw il-provvista tal-ilma u jipprvdulhom b’żerriegħa biex jiżirgħu għall-istaġun agrikolu li jmiss.

CAFOD ilha taħdem f’Zimbabwe għal dawn l-aħħar 50 sena u Johnson qalet li hi rat b’għajnejha il-kuntrast kbir bejn iż-żoni fejn l-organiżazzjoni tagħha tat l-għajnuna tagħha u żoni oħra fejn għadha ma wasslitx din l-għajnuna.  F’ċerti nħawi CAFOD kienet kapaċi ssewwi xi lqugħ imma mbagħad hemm inħawi oħra fejn in-nies ma għandhomx aċċċess għall-ilma u l-għelieqi huma niexfa qoxqox u n-nies jinsabu f’periklu kbir għax ma għandhomx x’jieklu għall-bqija ta’ din is-sena.

Ħafna minn dak li qed iseħħ fil-pajjiż, bħalma huma n-nixfa u ċ-ċiklun li laqat dan l-aħħar, huma frott l-effetti tal-bidla fil-klima.  Zimbabwe ntlaqtet sew mill-effetti tal-bdil fil-klima u dan jidher u jinħass. It-temparaturi huma aktar sħan, ix-xita niżlet anqas.  Dan f’pajjiż fejn 70% tal-popolazzjoni tkabbar l-ikel għaliha.