Ritratt: Robert Camilleri (FotoClassic)

Illejla fuq l-istazzjon Net fid-9pm, Stephanie Chircop se twassal programm ieħor mis-sensiela Teleserje.

F’din is-sensiela diġà twasslu programmi fuq sensiliet ta’ suċċess bħal F’Baħar Wieħed, Anġli, Santa Monika, It-Tfal Jiġu Bil-Vapuri, fost oħrajn.

Illejla jmiss is-sensiela Ingroppi u fl-istudjo ma’ Stephanie se jkunu l-attur Ray Attard u Joe Borg, flimkien ma’ Charles Stroud, li dderieġa din il-produzzjoni ta’ 35 puntata.

Apparti li jitwasslu bosta xeni partikolari minn din is-sensiela, it-tliet mistiedna se jkunu qed iġeddu l-memorji ta’ din il-produzzjoni, kif ukoll jiżvelaw bosta kurżitajiet li mhux neċesserjament kienu magħrufa minn kulħadd.