Il-Kampjonat tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu spiċċa nhar is-Sibt li għadda bit-tielet u l-aħħar tiġrija kontra l-ħin issir fiċ-ċirkwit tal-Miżieb. Din kienet ta’ suċċess għal Christian Formosa ta’ The Cyclist u Marie Claire Aquilina  tat-Team Greens li rebħu l-kategoriji prinċipali tal-Elite.

Christian Formosa għamel it-tiġrija tiegħu f’02:11.31. Warajh spiċċaw żewġ ċiklisti ta’ Mosta AF Sign Studio CC, Clive Bugeja u James Hutchins li għamlu ħinijiet rispettiv ta’ 02:24.06 u 02:25.66.

Suċċess assolut għat-tim tal-Greens li komplew jiddominaw il-kategorija Feminili fejn għal darba oħra ġiet fuq quddiem Marie Claire Aquilina li għamlet it-tiġrija tagħha f’ħin ta’ 02:52.50. Hija kienet segwita minn sħabha Lara Buttigieg u Michelle Vella Wood f’ħinijiet rispettivi ta’ 03:26.69 u 04:21.27.

Il-bqija tar-riżultati kienu kif ġejjin: 

Under 23

  1. Brandon Sultana – Gozo CC 02:24.00
  2. Carl Xuereb – Mosta AF Sign Studio CC 02:40.49
  3. Joseph Mifsud – Gozo CC 02:44.01

Juniors

  1. Luke Borg – The Cyclist 02:38.27
  2. Max Zammit – Mosta AF Sign Studio CC 02:46.36
  3. Sean Enriquez – Mosta AF Sign Studio CC 02:54.20

Il-Kategoriji l-oħra ntrebħu hekk:  

Masters 40+

  1. Malcolm Cachia – The Cyclist 02:36.81
  2. Ivan Zammit – B’Kara St.Joseph SC 02:39.61
  3. Nicholas Schembri – Mosta AF Sign Studio CC 02:54.17

Under 16 Maskili

  1. Darren Sultana – Gozo CC 02:40.44
  2. Matthew Galea Pirotta – Mosta AF Sign Studio CC 02:51.35
  3. Jacob Schembri – Mosta AF Sign Studio CC 02:56.98

Under 16 Feminili

  1. Christina Spiteri – The Cyclist             03:40.08

Under 14 Maskili

  1. Miguel Galea – The Cyclist CC 02:56.20
  2. Luca Vella – B’Kara St.Joseph SC 03:29.98
  3. Jaeken Galea– Mosta AF Sign Studio CC 03:31.07

Under 14 Feminili

  1. Hannah Dandria – Mosta AF Sign Studio CC 04:20.60
  2. Valentina Soler – Mosta AF Sign Studio CC 05:31.38

Under 12 Maskili

  1. Jonas Micallef – Mosta AF Sign Studio CC 03:44.00
  2. Luca Teuma- Mosta AF Sign Studio CC 05:09.00
  3. Keith Sultana – Gozo CC 05:11.00