Il-ġenituri ta’ Nora Quoirin identifikaw il-ġisem tagħha wara li nstab fil-Malasja.

Quoirin li kellha 15-il sena u kellha bżonnijiet speċjali kienet qiegħda fuq btala mal-familja tagħha meta għebet minn kamartha minn Dusun Resort fl-4 ta’ Awwissu. Il-Pulizija qalu li llum l-ġenituri tat-tfajl kkonfermaw li l-ġisem kien ta’ binthom. L-awtopsja fuq il-ġisem tat-tfajla se tkun qed issir għada.

Aqra: Tfittxija għal tifla Irlandiża ta’ 15-il sena li għebet fil-Malasja

Madwar 350 persuna kienu qed ifittxu lil Quoirin fil-ġungla viċin ir-resort. Ġisimha nstab madwar żewġ mili ‘l bogħod minn Dusun skont il-korrispondent tal-BBC Howard Johnson. It-tfajla nstabet viċin xmara u ma kinitx liebsa ħwejjeġ.

Filwaqt li l-awtoritajiet trattaw il-każ ta’ Quoirin bħala wieħed ta’ għajbien, il-familja tagħha hija tal-fehma li hi ġiet maħtufa. Sa issa għadha ma ġietx ikkonfermata l-kawża tal-mewt tagħha.