Il-Kunsill Studenti Junior College (KSJC) ħabbar li flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Imsida, se jkunu qed jitqassmu kontejners żgħar li ġġorrhom miegħek għar-rimi tas-sigaretti, kif ukoll xiħaġa biex tiġbor il-ħmieġ tal-klieb biha.

KSJC ħabbar dan hekk kif spjega li se il-kontejners huma apposta biex tarmi l-irmied tas-sigaretti kif ukoll biex tarmi l-aħħar tas-sigarett. Se jingħataw ukoll għodod żgħar biex tiġbor il-ħmieġ tal-kelb bihom. Il-Kunsill sostna li din hija waħda biss mill-inizjattivi għall-ambjent li ħerġin bihom.

Żiedet tgħid li qed tpoġġi l-ambjent fuq il-lista ta’ prijoritajiet ta’ dis-sena.