Il-familja tat-tfajla Ingliża Nora Quoirin, li l-katavru tagħha nstab fil-Malasja, stqarrew li għandhom qalbhom maqsuma u li ma jistgħux jifhmu din il-kattiverja.

Aqra: Jinstab ġisem it-tfajla li għebet fil-Malasja

Nora, tfajla bi bżonnijiet speċjali, instabet mil ‘il bogħod minn fejn kienet għal btala mal-familja tagħha. It-tfajla ta’ 15-il sena sparixxiet mill-kamra tar-resort fl-4 ta’ Awwissu.

Fi stqarrija, il-familja ta’ Nora rringrazzjat lit-350 persuna li kienu għaddejjin bit-tiftix għal binthom.

“Nora għaqqdet in-nies flimkien, speċjalment minn Franza, l-Irlanda, l-Ingilterra u l-Malasja”, żiedu jgħidu.

Il-kawża tal-mewt tagħha għadha ma ġietx ikkonfermata, bil-Pulizija jgħidu li qed issir awtopsja.