Fit-tmiem il-ġimgħa se jingħalqu numru ta’ toroq minħabba l-festa ta’ San Ġiljan bejn l-20 u l-25 ta’ Awwissu.

Fil-21 ta’ Awwissu bejn is-6pm u l-11.30pm se jingħalqu Triq Lapsi, Mian Street, Triq Carmel, Triq Sant’Anġlu, Telgħet Birkirkara, Triq San Mark, Triq San Mikiel, Pjazza Qalb ta’ Ġesù, Triq San Ġorġ, Triq Francis Zammit, Triq Mikiel Ang Borg, u l-parkeġġ ta’ Tigullio.

Fil-21 ta’ Awwissu wara l-5pm se jingħalqu wkoll Triq Mikiel Ang Borg, ħdejn il-Y Junction fid-direzzjoni lejn Pjazza Qalb ta’ Ġesù, Triq Baltic, Main Street, Pjazza Qalb ta’ Ġesù, St George’s, Triq George Borg Olivier, Triq Wied Għomor, Triq Ivo Muscat Azzopardi, u Main Street. Ma jistax isir parkeġġ f’dawn it-toroq wara s-2pm.

Fit-22 ta’ Awwissu bejn t-8.30pm u nofsilejl se jingħalqu Triq Lapsi, Main Street, Pjazza Qalb ta’ Ġesù, Triq Wied Għomor, Triq Forrest, Triq Mensija, Triq San Ġorġ, Triq Ross, Triq Luigi Apap, Triq Francis Zammit, Triq Mikiel Ang Borg, u l-parkeġġ ta’ Tigullio.

Fit-22 ta’ Awwissu wara s-7pm se jingħalqu wkoll Triq Mikiel Ang Borg, ħdejn il-Y Junction fid-direzzjoni lejn Pjazza Qalb ta’ Ġesù, Triq Baltic, Main Street, Pjazza Qalb ta’ Ġesù, St George’s, Triq George Borg Olivier, Triq Wied Għomor, Triq Ivo Muscat Azzopardi, u Main Street. Ma jistax isir parkeġġ f’dawn it-toroq wara s-2pm.

Fit-23 ta’ Awwissu bejn it-8pm u s-1am se jingħaqlu Telgħet Birkirkara, Triq Sant’Anġlu, Triq Lapsi, Main Street, Triq San Ġorġ, Triq Francis Zammit, Triq Sant’Andrija, Triq Marguerite Mangion, Triq Elija Zammit, Triq Dragonara, Triq Ball, Triq Ross, Triq Wilga, Triq il-Knisja, Triq Dobbie, Paceville Ave, Triq Luigi Apap, Pjazza Qalb ta’ Ġesù, Triq Mikiel Ang Borg, u l-parkeġġ ta’ Tigullio.

Fl-24 ta’ Awwissu bejn it-8pm u s-1am se jingħaqlu Triq Lapsi, Triq Sant’Anġlu, Triq Carmel, Triq Sant’Elija, Main Street, Telgħet Birkirkara, Triq San Ġorġ, Triq Ġorġ Borg Olivier, Pjazza Qalb ta’ Ġesù, Triq Mikiel Ang Borg, u l-parkeġġ ta’ Tigullio. Bejn is-5.45pm u d-9pm se jingħalqu Triq Lapsi, u Main Street.

Fil-25 ta’ Awwissu, bejn l-10am u t-3pm se jingħalqu Triq San Ġorġ, Pjazza Qalb ta’ Ġesù, Main Street, Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq Mikiel Ang Borg, u l-parkeġġ ta’ Tigullio. Bejn is-1pm u s-1am se jingħaqlu Triq Forrest, Triq Mensija, Triq San Ġorġ, Main Street, Triq Lapsi, Triq Sant’Anġlu, Telgħet Birkirkara, Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq Wied Għomor, Triq Grafell, Pjazza Qalb ta’ Ġesù, Triq Mikiel Ang Borg, u l-Parkeġġ ta’ Tigullio.

Il-Ħadd, jum il-festa mhux se jkun permess parking minn Triq Mikiel Anġ Borg sa Triq il-Baltiku, f’San Ġiljan, fiż-żewġ direzzjonijiet mill-5 ta’ filgħodu sa tard bil-lejl.

Bejn it-23 u l-25 ta’ Awwissu t-traffiku li jkun ġej minn Triq it-Torri tas-Sliema lejn San Ġiljan se jintbgħat lejn Triq Dingli tas-Sliema. It-traffiku ġej minn Triq Sant’Andrija se jmur lejn Triq Sant’Awgustinju, dak ġej minn Triq Reġjonali lejn il-mini fid-direzzjoni lejn l-Imsida, dak ġej minn Triq il-Baħal l-Iswed lejn San Ġwan Alley, dak ġej minn Triq Ross lejn Triq San Ġorġ, u dak ġej minn Triq Manuel Dimech u Telgħet San Ġiljan lejn Triq it-Torri tas-Sliema.

Vetturi li ma jsegwux l-istruzzjonijiet tal-Pulizija jistgħu jiġu rmunkati.