David Beckham se jkollu jħallas madwar €44 miljun minħabba li s-sit li fuqu jrid jibni grawnd ġdid huwa tossiku. L-eks captain tal-Ingilterra qed jipprepara biex it-tim tiegħu Inter Miami jikkompeti għall-ewwel darba fl-MLS.

Iżda skont il-gazzetta Miami Herald, il-pjanijiet tiegħu biex jibni grawnd ta’ €875 miljun kellhom jieqfu ħesrem. Rapport ambjentali sab li l-kontaminazzjoni tal-arseniku tilħaq aktar mid-doppju tal-limitu legali.

Skont ir-rapport tal-konsulent, it-tniġġis taħt il-ħaxix fuq l-eks korsa tal-golf kien ikkawżat mill-irmied ikkontaminat ta’ inċineratur muniċipali li tfewh żmien ilu. F’xi postijiet, il-kontaminazzjoni qrib ħafna l-wiċċ tal-ħamrija.