Charles Leclerc irnexxielu jirbaħ żewġ tlielaq wara xulxin u sar l-ewwel sewwieq ta’ Ferrari li rebaħ il-Grand Prix Taljana mill-2010. Il-ġimgħa li għaddiet, Leclerc li għandu 21 sena rebaħ il-Grand Prix Belġjana ġurnata wara l-mewt ta’ ħabiba tiegħu Anthonie Hubert waqt tellieqa tal-Formula 2.

Din id-darba seta’ jiċċelebra aħjar ir-rebħ taż-żewġ tlielaq li rebaħ wara xulxin. B’dawn ir-rebħiet, wera eżattament għaliex hu kklassifikat fost l-aqwa sewwieqa.

F’punt minnhom spiċċa viċin wisq mal-Ingliż u wasal jagħmel kuntatt miegħu. Minħabba f’hekk ġie muri l-bandiera bajda bl-iswed – li hi ekwivalenti għal karta safra fil-futbol. Ir-rebħa ta’ Leclerc qajmet briju sħiħ ġewwa ċ-ċirkwit f’Monza. Dan ikkonferma wkoll il-pożizzjoni li kiseb bħala wieħed mill-aqwa sewwieqa tal-Formula 1.