Neptunes aċċertaw it-tieni titlu konsekuttiv tagħhom u s-26 wieħed fl-istorja wara li għelbu lil Sliema fit-tieni logħba tal-play-offs. Din ir-rebħa fissret li rnexxielhom jieħdu erba’ tazzi għall-ewwel darba. Din is-sena rnexxielhom jirbħu wkoll il-league tax-Xitwa, l-President’s Cup u n-Knock Out.

L-atmosfera ċelebrattiva inbidlet f’waħda ta’ dispjaċir meta taw l-aħħar tislima lill-captain tagħhom Niki Lanzon li ddeċieda li jieqaf mil-logħob tal-waterpolo.

Ir-rebħa kienet miksuba prinċiparjament permezz tas-sitt gowls li għamel Steven Camilleri. Hu għen lit-tim tiegħu biex jaqbad il-momentum fit-tieni sessjoni tal-logħba.