Steven Gerrard jidher li ddeċiedi li jmur x’imkien xemxi għall-btajjel. Skont il-filmat, Gerrard iddeċieda li għandu jintefa’ jkanta karaoke filwaqt li kien qed jirrilassa jisma l-mużika live.

Mhux magħruf kemm xorob birra, iżda l-leġġenda ta’ Liverpool deher jitla’ ħdejn il-kantant u jaqbad ikanta Chasing Cars ta’ Snow Patrol. Mingħajr ma ta wisq kas u wisprobabbli ispirat mill-kantant Skoċċiż Gerry Cinnamon li kien qed ikanta, il-maniġer ta’ Rangers m’għamel l-ebda sforz biex jevita li jkanta bl-aċċent magħruf bħala Scouse.