Pope Francis arrives to celebrate Sunday Mass at the diocesan grounds of Soamandrakizay in Antananarivo, Madagascar, September 8, 2019.REUTERS/Yara Nardi

Il-Papa Franġisku, waqt żjara fil-Madagaskar, ikkundanna dik li sejħilha kultura tal-klann ta’ privileġġ u korruzzjoni li tħalli lil ftit jgħixu fir-rikkezzi filwaqt li l-maġġoranza jinsabu f’faqar kbir.

Hu kien qed jitkellem f’omelija ta’ quddiesa li saret fil-kapitali Antananarivo għal mijiet ta’ eluf ta’ persuni. Il-Vatikan qal li organizzaturi lokali qalu li kien hemm mal-miljun persuna.

Bħalissa l-Papa qed jagħmel żjarat fi tliet pajjiżi fl-Afrika. Hu diġà żar il-Mozambique u llum se jkun qed jerħilha lejn Mauritius.

Il-Madagaskar hija r-raba l-ikbar gżira fil-kontinent u fost l-ifqar. Il-Programm tal-Ikel tan-Nazzjonijiet Magħquda jgħid li aktar minn 90% tas-26 miljun persuna li jgħixu hemm, jgħixu fuq inqas minn $2 fil-jum.