Rafael Nadal rebaħ id-19-il Grand Slam wara li għeleb lir-Russu Daniil Medvedev. Ir-Russu wera l-kapċità tiegħu meta ikkumbatta kontra Nadal f’waħda mill-isbaħ logħbiet tal-finali.

L-Ispanjol rebaħ 7-5 6-3 5-7 4-6 6-4.

Nadal kien miexi tajjeb b’żewġ sets u break up, iżda r-Russu rribattih u ħa l-logħoba għal decider. Iżda Nadal waqqaflu l-momentum li kien qabad ir-Russu biex rebaħ il-finali f’erba’ sigħat u 50 minuta. Kienu erba’ minuti bogħod biss milli jilħqu l-ħin tal-itwal logħba tennis tal-US Open.

Nadal, Federer u Djokovic rebħu l-aħħar 12-il Grand Slam wara li l-Ispanjol refa’ t-trofew fi New York għar-raba’ darba.