Malta tagħat wirja tajba ġewwa Ploiesti kontra t-tim Rumen. Għalkemm it-tim Malti kien ta’ għadma iebsa, xorta tilef il-battalja. Grazzi għal header ftit minuti mill-bidu tat-tieni taqsima ta’ George Puscas, ir-Rumeni ħadu t-tliet punti.

Immexxija minn Ray Farrugia, il-Maltin kellhom persentaġġ tajjeb ta’ pussess u dejjem fittxew li jimxu ‘l quddiem u javvanzaw lejn il-lasta tal-avversarji. Dan deher l-aktar fl-aħħar kwarta tal-logħba meta l-Maltin dehru jippressaw aktar biex iġibu l-gowl tad-draw.

It-tim Malti rnexxielu jiskurja permezz ta’ Jean Paul Farrugia iżda tħassar minħabba li kien of-side. Dan ġara tliet minuti biss qabel tmiem il-logħba. Is-suffara finali instemgħet u b’hekk ir-Rumanija kisbu t-tliet punti. Il-partitarji Maltin li kienu qed jaraw il-logħba dehru li apprezzaw l-isforzi tat-tim Malti.