Tifel ta’ erba’ snin li ħakmitu l-marda tal-kanċer ġie ordnat imur jgħix ma nantu għax il-ġenituri tiegħu ma ridux jagħtuh il-kimoterapija. Il-każ seħħ ġewwa Florida fl-Amerka.

It-tneħħija tal-kustodja lill-ġenituri waslet wara li riedu jagħtu lil binhom trattament alternattiv minn dak tal-kimoterapija. L-avukat tal-ġenituri qalet li għandhom dispjaċir kbir dwar kif inqatgħat is-sentenza.

Wara li saritlu dijanjosi f’April, irriżulta li kellu l-leukaemia. Il-ġenituri ppruvaw jużaw il-kanabis, ossiġenoterapija, ħwawar u ilma alkali.