Filmat: Instagram/Måns Zelmerlöw

Qed jiġi deskritt bħala tieġ tal-ħolm dak ta’ bejn Måns Zelmerlöw u s-sieħba tiegħu, l-attriċi Ingliża Ciara Janson, magħrufa l-aktar għas-sehem tagħha fis-soap opera Hollyoaks.

Iż-żwieġ ta’ bejn l-attriċi Ngliża u l-kantant rebbieħ tal-Eurovision 2015 ġie ċċelebrat fil-Kroazja l-Ħamis 5 ta’ Settembru.

Måns kien rebaħ il-Eurovision bil-kanzunetta Heroes u fis-sena ta’ wara, kien saħansitra ppreżenta l-61 edizzjoni.

Ritratt Facebook

Minkejja li żżewwġu fil-Kroazja, ħafna mill-ħbieb tagħhom siefru hemmhekk biex ikunu jistgħu jiċċelebraw dan il-jum speċjali ma’ Mans u Ciara.

Il-mistiedna kienu jinkludu lill-kantawtur Żvediż Oscar Zia, il-kantawtriċi u attriċi Żvediża Sarah Dawn Finer, kif ukoll il-kantanta Carola, isem magħruf sew fix-xena tal-Eurovision peress li pparteċipat tlett darbiet f’dan il-festival: fl-1983 meta kklassifikat fit-tielet post bil-kanzunetta Främling. Imbagħad rebħet il-Eurovision tal-1991 bil-kanzunetta Fångad av en stormvind u fl-2005 spiċċat fil-ħames post bil-kanzunetta Invincible.

Ritratt: Facebook

Pero aktar minn kollox, għal Måns u Ciara, dan il-jum kien speċjali għax preżenti wkoll kien hemm uliedhom, Albert Ossian u Archie. Dan tal-aħħar huwa iben Ciara minn relazzjoni oħra li kellha qabel iltaqgħet ma’ Måns.