Ritratt: Facebook

Il-grupp lokali Mistura ħabbar li t-tlett albums li ħarġu s’issa jinsabu u jistgħu jiġu streamed online b’mod sħiħ fl-apps tal-għażla tiegħek. Filfatt il-mużika kollha ta’ Mistura, b’kollox 36 kanzunetta, issa tinsab fuq Spotify, iTunes, YouTube Music, GooglePlay Music, Amazon Music, Deezer u numru ta’ apps oħra li lkoll jipprovdu servizz ta’ streaming tal-mużika. Dan jinkludi ż-żewġ studio albums, bl-isem U d-Dinja Tkompli Ddur (2014) u Regħbus (2018), flimkien ma’ album live ta’ kunċert bl-isem U l-Kotra Għajtet f’Daqqa (2016).


“Ħassejna li sabiex il-mużika tagħna tkun aktar aċċessibbli hemm bżonn li tkun f’idejn min jinteressah li jismana’ bil-modi differenti kollha li wieħed sar jisma’ l-mużika f’dawn iż-żminijiet. Bħala printing ta’ CDs għandna xi kopji tal-album Regħbus għal min jixtieq pero’ nifhmu li fl-2019 ħafna lanqas biss ikollhom CD Player fuq x’hiex idoqqu l-mużika. Allura dan huwa mod ieħor għalina li bih nilħqu aktar nies,” ikkummentaw il-membri ta’ dan il-grupp lokali.

Aktar informazzjoni dwar Mistura ssibuha fuq misturamalta.com