Marsaskala huma r-rebbieħa tal-waterpolo tal-Ewwel Diviżjoni. Marsaskala għelbu lil Valletta f’żewġ logħbiet minn tliet fil-finali tal-playoffs. Wara li rebħu l-ewwel logħba 13-8, Marsaskala sabu għadma aktar iebsa fit-tieni logħba li spiċċat 13-13. Il-logħba għaddiet għall-għoti tal-penalties. L-iskor finali kien ta’ 17-16 għal Marsaskala.

It-tim ġie ppreżentat bit-trofew u l-midalji mill-Eżekuttiv ta’ Bank of Calletta u l-president tal-Aquatic Sports Association.