FILE PHOTO: Iran's national flags are seen on a square in Tehran February 10, 2012, a day before the anniversary of the Islamic Revolution. REUTERS/Morteza Nikoubazl/File Photo

Tliet Awstraljani kienu arrestati fl-Iran. Il-gvern Awstraljani qal li qed jgħin il-familji iżda ma tax iktar dettalji.

Il-gazzetta Ingliża The Times irrappurtat li żewġ nisa ta’ nazzjonalità doppja Ingliżi-Awstraljani u s-sieħeb ta’ waħda minnhom li huwa Awstraljan qed jiġu miżmuma f’ħabs fl-Iran.

Id-Dipartment għall-Affarijiet Barranin Awstraljani qal li qed jagħtu l-assistenza lill-familji tat-tliet Awstraljani. Id-Dipartment żied jgħid li minħabba raġunijiet ta’ privatezza mhux se jikkumentaw iktar fuq il-każ.

It-tenzjonijiet bejn il-Punent u l-Iran komplew jiżdiedu wara li l-Istati Uniti għamel is-sanzjonijiet fuq l-Iran li se jwasslu biex iwaqqfu l-esportazzjoni taż-żejt mill-pajjiż.

The Times irrappurtat li tlieta kienu miżmuma f’inċidenti separati. Blogger flimkien mas-sieħeb tagħha kienu qed jivvjaġġaw fl-Asja. Huma ġew arrestati madwar 10 ġimgħat ilu. Filwaqt li akkademiku mill-Università ta’ Cambridge li tgħallem ukoll fl-Awstralja kienet miżmuma. Skont sorsi ta’ The Times għadu mhux magħruf għalfejn il-lettur ġiet arrestata. Żied jgħid li hi qed tiġi miżmuma f’ċella tal-iżolata u ġiet ikkundannata għal 10 snin ħabs.

Huma qed jiġu miżmuma fl-istess ħabs li hemm Nazanin Zaghari-Ratcliffe. Hi ilha l-ħabs mill-2016 fuq akkużi ta’ spjunaġġ. Zaghari-Ratcliffe hi ta’ nazzjonalità doppja, Brittanika u Iranjana.

Il-Gvern Awstraljan qed jieħu ħsieb iż-żewġ każijiet. F’twissja uffiċjali, l-Gvern saħaq li dawk li sejrin l-Iran għandhom jerġgħu jaħsbuha minħabba r-riskju ta’ arrest arbitrarju. Dawk li jgawdu minn nazzjonalità doppja wkoll jinsabu f’riskju.