Tliet persuni ġew arrestati f’Birkirkara. Allegatament kienu se jisirqu minn residenza.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-4pm.

Aktar tard, fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq il-Kaless.

Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun u oħrajn mir-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post. Hemm iċċerkondaw ir-residenza u daħlu biex jarrestaw lill-allegati ħallelin. It-tlett irġiel huma barranin.