Il-membri tal-klabb ta’ Inter Pupi Zanetti Malta kellhom esperjenza mill-isbah fil-jiem li għaddew. Il-membri kellhom iċ-ċans jiltaqgħu ma wieħed mill-idoli u l-istilla li għen lit-tim tiegħu jirbaħ it-Treble lura fl-2010.

Il-klabb laqa’ għall-ewwel darba f’Malta lil Esteban Cambiasso li għamel żjara bejn is-6 u s-7 ta’ Settembru. Jumejn qabel dan, tliet coaches minn Leoni di Podrero Scuola Calcio bdew training camp għal tfal ta’ diversi etajiet. Waqt waħda mis-sessjonijiet tat-training, Cambiasso kien preżenti biex jidderieġi s-sessjoni.

F’isem il-president tal-klabb u l-kumitat kollu, Roderick Cristina rringrazzja lill-membri kollha u lill-familja tagħhom li attendew għal dawn l-attivitajiet.