jaqa travu gravi

Żagħżugħa ta’ 19-il sena mill-Fgura ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’ħabta bejn żewġ karozzi f’San Ġwann.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-6 pm fi Vjal ir-Raħal. Il-karozza l-oħra kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena mir-Rabat.

It-tfajla jidher li ma sofriet minn xejn gravi hekk kif telqet mill-isptar minn jedda mingħajr ma t-tobba ħarġu ċertifikat għaliha.