CMRU

Żagħżugħ ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiża għal erba’ snin wara li ammetta li weġġa’ uffiċjal fiċ-ċentru ta’ Ħal Far.

Youssef Cherkaoui ta’ 26 sena mill-Marokk ġie akkużat li weġġa’ b’mod ħafif lil uffiċjal, li kiser il-paċi pubblika, u li ma obdiex l-ordnijiet. Hu ilu jinżamm taħt arrest preventiv mid-29 ta’ Ġunju.

Iż-żagħżugħ ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u skuża ruħu. Hu diġà kien qed jinżamm f’detenzjoni peress li ġie Malta b’mod irregolari.