Filmat: Instagram/Disney

Ix-xahar id-dieħel fis-swali taċ-ċinema madwar id-dinja se jiddebutta l-film tant mistenni tad-Disney Maleficent Mistress of Evil fejn għat-tieni darba se tkun Angelina Jolie li  tinterpreta l-parti ta’ dan il-karattru. L-ewwel darba li Jolie nterpretat lil Maleficent kien fil-film li kien iġib l-istess isem fl-2014.

Bħala parti mill-promozzjoni biex jitqanqal interess, il-kumpanija Disney li qed tipproduċi l-film ħarġet vidjow fl-aħħar ġranet fejn f’ħin qasir qed juru t-trasformazzjoni ta’ Angelina Jolie f’Maleficent.

Ix-xogħol biex tinbidel id-dehra ta’ Jolie hu estensiv u jieħu ħafna ħin, iżda bla dubju, kif jixhed il-filmat, jagħti riżultati konvinċenti ħafna.

Fil-film jidhru wkoll Elle Fanning bħala l-Prinċipessa Aurora u Michelle Pfeiffer bħala r-Reġina Ingrith.