Ritratt: Instagram

L-attriċi Amerikana Holly Marie Combs li l-aktar li hija assoċjata huwa mal-karattru ta’ Piper Halliwell fis-sensiela Charmed, iżżewġet lis-sieħeb tagħha Mike Ryan, li jaħdem bħala restawratur.

Combs, li hija magħrufa l-aktar għall-parti ta’ Piper Halliwell fis-sensiela oriġinali ta’ Charmed. B’kollox hija ħadmet f’179 puntata bejn l-1998 u l-2008.

Dawk li jħobbu jsegwu s-sensiliet televiżivi llum il-ġurnata jafuha aktar bħala Ella Montgomery fis-sensiela Pretty Little Liars.

Ritratt: WB

Dan huwa t-tielet żwieġ għall-attriċi ta’ 45 sena.

Iċ-ċerimonja ġiet iċċelebrata f’Redwood Grove fis-Santa Lucia Preserve, f’Carmel fil-Kalifornja u għaliha attendew bosta qraba u ħbieb fosthom l-atturi Drew Fuller u Brian Krause, li flimkien maż Combs kienu jaħdmu fis-sensiela Charmed.