Pilatus u t-Tieqa tad-Dwejra

|
23/03/2018, 11:47 am
Iċ-ċermen tal-bank Pilatus ġie arrestat fl-Amerika però għada xorta waħda marti u jiena nqumu biex nippreparaw it-tfal għall-iskola, xorta waħda rridu neħduhom l-iskola, xorta waħda noħorġu għax-xogħol, xorta waħda ħa nsibu t-traffiku biex naslu għax-xogħol u xorta waħda se nħallsu l-kontijiet fl-aħħar tax-xahar. Biċ-ċermen tal-bank Pilatus arrestat mhux xorta se nkomplu għaddejin b’ħajjitna? X’differenza jagħmel dan l-arrest f’ħajjitna? Il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia inqatlet però ma nbidel xejn f’ħajjitna. Mhux hekk?

L-għajn tal-ħasselin (tal-flus)

|
22/03/2018, 3:52 pm
Jgħidu x’jgħidu Joseph Muscat u l-akkolti tiegħu, ir-ritratti u l-filmati tal-partitarji Laburisti jiċċelebraw ir-rebħa elettorali ta’ Ġunju li għadda quddiem il-Bank Pilatus ma jista’ jħassarhom ħadd.

​Il-Maltin u d-Duluri

|
21/03/2018, 10:10 pm
Il-kittieb u poeta Oliver Friġġieri, f’waħda mill-poeżiji tiegħu, jiddeskrivi l-purċissjoni f’Jum id-Duluri bħala l-‘Akbar Mass Meeting.’ F’din il-poeżija, huwa jirakkonta l-istejjer tal-uċuħ li jara huwa u miexi wara d-Duluri.

Taħt assedju

|
20/03/2018, 4:26 pm
Ftit versi għal min ma jridx mafkar ta’ dari jfakkar fi żminna

Kif tista’ tiddiskuti l-qtil tal-innoċenti?

|
18/03/2018, 8:59 pm
Kieku kellu jiġi xi ħadd fuqek u jitolbok tiddiskuti l-qtil ta’ xi ħadd, int kif tieħdu? - Jew tibda tidħak għax taħsbu qed jiċċajta u forsi qed jitkellem metaforikament jew jekk tara li qed jitkellem bis-serjetà, tiksru u twarrab minn ħdejh. L-istess m’hemmx x’wieħed jiddiskuti ma’ min lest joqtol ħlejqiet totalment innoċenti fil-ġuf tal-omm.

ll-ġenna tal-bebbux

|
17/03/2018, 3:37 pm
L-istess jista’ jingħad għall-voti tal-partiti ż-żgħar waqt l-aġġustament. F’demokrazija rappreżentattiva dawn il-voti mitfugħa huma kkunsidrati mitlufa, minkejja li jilħqu kwota fl-aġġustament, u jistgħu jitqiesu bħala voti martri...u dan għax imutu mewta bla ħtija u kontra l-prinċipju li kull vot rappreżenttativ jgħodd.

Riżenji u sejħiet għal elezzjoni bikrija fl-Islovakkja

|
13/03/2018, 4:53 pm
Minkejja li f’Malta wkoll ġiet maqtula ġrunalista investigattiva, u minkejja li s'issa għadu ma nstabx il-mandant, s’issa għadu ħadd ma refa’ r-responsabilita’.

​Il-pensjoni Parlamentari: il-kwistjoni għadha mhix magħluqa

|
13/03/2018, 11:18 am
Id-drittijiet tal-pensjoni għandhom ikunu l-istess għal kulħadd. Din hija l-għajta tal-poplu li l-Parlamentari tagħna semgħu u li fuqha għandhom jaġixxu.

​Kemm se jdum Kap Adrian Delia?

|
12/03/2018, 10:03 am
Ħafna qed jistaqsu: “Dr Adrian Delia għandu ħajja qasira bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista jew jirkupra u jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu?” - Nistennew u naraw.

5 snin wara…

|
10/03/2018, 6:29 pm
Għaddew ħames snin minn meta l-poplu Malti fid-9 ta’ Marzu tas-sena elfejn u tlettax għażel lill Joseph Muscat u l-Partit Laburista sabiex imexxu lil pajjiżna. Il-poplu għażel illi jagħti l-ġenb lill-politika tal-medjokrità illi konna drajna ngħixuha kuljum. Il-poplu għażel illi pajjiżna jaqbad vija ekonomika ġdida mibnija fuq l-ambizzjoni u l-innovazzjoni.