Home 'Imma ta... mhux jien’... u The Three Little Pigs

    ‘Imma ta… mhux jien’… u The Three Little Pigs

    5 minuti qari

    Is-sala kienet vojta. Kont wasat kmieni. Kollox deher imħejji. Ma kienx hemm ruħ ħlief żewġ messaġġiera. Id-dehra tal-Kamra tad-Deputati ta’ Reischstag kienet meraviljuża. Għal mument waqaft inħares, u frixt ħarsti fuq kull kantuniera tal-plenarja Ġermaniża. Taraha fuq it-televixin waqt xi dibattitu mod, imma tkun fiha mod ieħor. Minn hawn u ftit ieħor kienu se jinġabru ftit aktar minn 300 membru parlamentari minn 75 pajjiż għal-laqgħa parlamentari tal-Organizzazzjoni tas-Sigurtà u l-Koperazzjoni tal-Ewropa. Fittixt it-tabella ta’ Malta. Sibt il-post. Imxejt għal fejnha u poġġejt.

    Din is-sena kont ippreparajt reżoluzzjoni oħra għal din l-assemblea. Kienet waħda minn 15 li ġew approvati u li kienu ġew diskussi. Minn hawn u ftit ħin ieħor se tiġi approvata. Ġiet diskussa f’wieħed mill-kumitati tal-Organizzazzjoni u kienet għaddiet b’36 vot favur u xejn kontra. Issa kien imiss li tgħaddi mill-plenarja. Din ir-riżoluzzjoni tidentifika l-isfidi li qed jiffaċċaw iż-żgħażagħ illum, u tirrakkomanda kif jistgħu jikkontribwixxu fuq livelli reġjonali, nazzjonali u internazzjonali. Hi timmira li ssaħħaħ is-sehem taż-żgħażagħ fit-tmexxija filwaqt li jiġu garantiti d-dinjità, il-libertà, il-ġustizzja soċjali, is-solidarjetà u l-ekwità.

    Ħriġt kopja tad-diskors li ridt nitkellem dwaru mill-bagalja. Fil-ftuħ tal-konferenza kont wieħed mill-kelliema u tkellimt dwar il-bidla fil-klima u issa kont se nitkellem dwar r-refuġjati tal-ażil.

    Tkun imdorri kemm tkun imdorri, kull diskors trid tqisu daqslikieku kien l-ewwel darba. Erġajt qrajt silta minnu.

    ‘We parliamentarians should be part of a Force of Reason, and not support the Force of Treason of European values.

    Mr President, I state this in reference to the Migration dilemma and particularly to all Asylum Seekers, who we are duty bound to protect.

    OSCE (PA) has debated and adopted numerous resolutions and prepared several reports on this particular facet of migration, all of which highlight the importance of guaranteeing international rights and fundamental principles.

    I ask: What have we achieved? Are we really achieving the stated outcomes?

    Mr President, action speaks louder than words.

    The OSCE needs to improve its track record when it comes to implementation of the resolutions adopted by this parliamentary assembly.

    One final word. I cannot fail to praise governments, who, do away with populistic agendas, and find ways to protect their sovereignty while doing what is righteously correct by taking a humane approach when dealing with the plight of asylum seekers.’…

    Kumbinazzjoni rajt it-telefoqn isoqq. Kien fuq silent mode. Kont lesteju hekk minħabba l-konferenza. Irrispondejtu. Kienet telefonata minn żagħżugħa Maltija li kont naf li kienet qed tistudja barra minn Malta. Kont ftehemt magħha li meta nkunu Berlin niltaqa’ magħha u seħbitha u nieklu flimkien. Kont ili nafhom minn meta kienu ċkejkna. Hekk konna għamilna lbieraħ u hekk konna se nagħmlu llum. Il-konverżazzjoni tal-bieraħ kienet laqtitni ferm.

    Kienu qed jistudjaw ix-xjenza politika, suġġett li mhux mgħallem l-Università ta’ Malta.

    F’kemm ili ngħid is-seduta tal-plenarja bdiet u qabdet ir-ritmu. Qatt ma tkun nieqsa minn fehmiet opposti u minn kontroversji, kemm minħabba l-veduti tal-blokk tal-punent u lvant, kif ukoll minħabba tilwim ġeopolitiku jew ideat estremi xellugin jew tal-lemin.

    Kif intemmet il-laqgħa mxejt sal-lukanda, biddilt għal ħwejjeġ ferm aktar komdi u rħejtilha għall-post li ftehmna dwaru.

    Kont wasalt qabilhom. Sibt mejda għad-dell ta’ sigra u ordnajt birra kiesħa. Għal ftit ħin tfajt ħarsti fuq il-madwar. Kienet triq pedonali mimlija bi ħwienet ta’ kull xorta. Għexieren ta’ nies kienu għaddejjin biswiti. Minn ilbieshom, is-sura u l-mixja wieħed seta’ jissopponi x’ tip ta’ karattri setgħu kienu. F’ħin minnhom ġieni ħsieb li kont ili nhewden fuqu. Il-messaġġ kont irċivejtu WhatsApp. Erġajt ftaħtu.

    Meta sistema politika tfalli għax il-governanza tkun skoretta u tinħakem il-biza’ fost il-poplu, x’tistenna? Bosta jibqgħu lura.

    Lanqas ilħaqt qratju. Fil-pront ġew iż-żewġ żgħażagħ. Fraħna b’xulxin. Lanqas biss ħallejthom jiftħu l-menu. X’ taħsbu dwar Malta?

    ‘Ngħixu f’bużżieqa. Qisna soap opera. Il-politiċi huma s-celebrities tagħna. Nagħmlu dak li jaqbel u bla ebda ħsieb fit-tul. Il-ħarsien tas-sostenibbiltà hi buzz word, il-bqija bla sugu. Ħafna huma ż-żgħażagħ li jaħsbu li Malta hi ċ-ċentru tad-dinja,’ qalet wahda minnhom fil-pront.

    Ħarist lejn l-oħra u bla tlaqliq qaltli:

    ‘Success is gauged by wealth… it is all about what you wear, what you have done, what you did and who you know. We have been led to live in an era of narrow minded superficiality.’

    Ħarist lejhom… u bi tbissima għedtilhom: ‘Qed naqblu. Mela tistgħu tgħodduni bħala the third little pig’… hux ? Wara kollox il-hostel fejn toqogħdu jisimha ‘The Three Little Pigs’.

    Din hi waħda mill-istejjer li minn jaf kemm qrajt meta kont ċkejken. It-tagħlima għadha tgħodd.