Home “Għadni kif qomt minn operazzjoni serja; neħħewli sidri”

    “Għadni kif qomt minn operazzjoni serja; neħħewli sidri”

    minuta qari

    Kif jafu l-eqreb ħbieb tiegħi u familti, minħabba l-istorja medika fil-familja, riċentament għamilt test tad-demm biex niċċekkja dwar ir-riskji li għandi dwar il-kanċer fis-sider u l-ovarji. Ir-riżultati ma kinux kif xtaqthom, għax għandi riskju kbir ħafna ta’ kanċer tas-sider.

    MADANAKOLLU, ninsab grata li għamilt dan it-test, għax issa għandi l-għażla li NIPPREVENIH. Għadni kif qomt minn operazzjoni serja, hekk kif neħħewli sidri.

    Dan huwa messaġġ li jinkoraġġixxi lil dawk li għandhom riskju għoli, biex jagħmlu t-test. Il-prevenzjoni aħjar mill-kura! AFFAĊĊJA L-BIŻA’ TIEGĦEK.

    Nixtieq nirringrazzja lil kull min kien ta’ sapport għalija, il-ħbieb tiegħi, il-familja tiegħi u l-familja kbira ta’ Puttinu Cares li qatt ma ħallietni waħdi xxx

    Kif qalet Angelina Jolie qabel ma tneħħielha sidiriha:

    “Ma nħossx li għandi xi ħaġa inqas minn nisa oħra. Inħossni kburija li għamilt għażla soda li bl-ebda mod ma tnaqqas mill-femmininità tiegħi”

    #SaveTheWomanNotTheTatas