Home Vlogg: Il-Milied hu żmien l-għaqda u l-ferħ

    Vlogg: Il-Milied hu żmien l-għaqda u l-ferħ

    2 minuti qari

    Żmien il-Milied huwa perjodu mill-isbaħ, fejn ikolli opportunità naprezza aktar dak kollu li jkun għaddej f’pajjiżna bi preparamenti għal dawn il-ġranet importanti tal-aħħar tas-sena. Il-vaganzi tal-Milied huma opportunità sabiex inżomm il-kuntatt tiegħi man-nies permezz tal-house visits, avvenimenti u anke attivitajiet tradizzjonali Maltin.

    Fil-jiem tal-vaganzi se nkun qed nagħmel mezz illi kif dejjem għamilt ta’ kull sena nżur u nara l-presepji tradizzjonali. Nagħmel mezz li anke nżur l-presepju ħaj ta’ Betlehem f’Għajnsielem, li huwa meqjus tant poplari, għax dan kollu huwa parti importanti mit-tradizzjoni u minn dak kollu li aħna nemmnu fih.

    Dan iż-żmien inħobb inqatgħu qrib il-familja tiegħi u persuni qrib tiegħi, nagħmel mezz illi b’mod informali nkun nista niltaqa’ u naqsam l-esperjenzi tiegħi ma’ aktar nies. Il-quddies ta’ nofs il-lejl b’mod speċjali hija xi ħaġa li nkun qed nħares ‘il  quddiem biex nattendi u nkun parteċipi kif nagħmel. Ta’ kull sena nattendi anke l-pantomini fejn b’mod kulturali naprezza l-ħidma artistika f’pajjiżna, l-pantomina tat-teatru Manoel, dik Ta’ Qali u kif ukoll dik tal-Isitut Kattoliku.

    Huwa anke żmien fejn sintendi l-ikliet tal-okazzjoni ma jonqsux u huma anke mezz fejn b’mod informali niċċelebraw anke daż-żminijiet u ningħaqdu lkoll flimkien. Ma nistgħux ma ninsewx anke l-persuni li jbagħtu fis-skiet ġewwa djarom. Huwa opportunità mill-aqwa biex fiż-żminijiet tal-Milied noffru l-id tal-għajnuna, u nkunu ta’ sostenn għal dawn in-nies biex verament nagħtu Milied mill-isbaħ.

    Fil-house visits, spiss niltaqa’ ma’ diversi persuni b’diffikultajiet soċjali, mhux biss, niltaqa’ anke ma’ anzjani li f’dawn iż-żminijiet tal-ġabra u għaqda bejn il-familja jispiċċaw imwarrba u waħedhom. Huwa dover tagħna illi noffru l-parti tagħna biex nuru solidarjetà ta’ vera u nmorru għand dawn in-nies biex nuru mhux biss ħbiberija imma anke kumpanija genwina.