Home X’nixtieq nara f’Malta fl-2019

    X’nixtieq nara f’Malta fl-2019

    minuta qari

    Kemm nixtieq li s-sena l-ġdida 2019 tkun waħda aħjar mill-2018 għal Malta u l-Maltin. Nixtieq li:

    1. Ikun hemm l-għaqda bejn il-poplu kollu u nbiegħdu minn xtutna l-mibegħda politika.
    2. Naċċettaw lil kulħadd bħala ħuna u oħtna u ma nħarsux lejn il-kulur tal-ġilda.
    3. Ma nħallux lil min isir sinjur minn fuq il-qerda tal-ambjent ta’ pajjiżna.
    4. Inkomplu l-ġlieda kontra l-faqar u nuru solidarjetà mal-batuti u dawk fil-bżonn tal-għajnuna.
    5. Fl-elezzjonijiet ta’ Mejju, neleġġu politiċi b’valuri u sens ta’ servizz pubbliku.
    6. Nistinkaw għal ġurnaliżmu ta’ kwalità u neliminaw l-aħbarijiet foloz (“fake news”).
    7. Naqtgħu darba għal dejjem il-moħqrija tal-annimali u nieħdu ħsiebhom bħala ħolqien t’Alla.
    8. Malta tikseb riżultati pożittivi fl-isports u fil-qasam kulturali.
    9. Ngħożżu, nipproteġu u nsaħħu d-demokrazija f’pajjiżna.
    10. Nirrispettaw l-Ilsien Malti u nagħtuh il-post li jixraqlu fil-ħajja ta’ kuljum.