Home Vlogg: San Pawl laqqagħna mad-dawl ta' Alla

    Vlogg: San Pawl laqqagħna mad-dawl ta’ Alla

    minuta qari

    Fl-10 ta’ Frar niċċelebraw il-laqgħa tagħna l-Maltin ma’ Ġesù li saret permezz tal-ħidma tal-Appostlu tal-Ġnus, San Pawl. Ġesù ta missjoni lil San Pawl biex ixerred il-bxara t-tajba lil ġnus, kellmu wkoll li kellu jlaqqa l-istess ġnus mad-dawl tiegħu.

    Il-liturġija, it-talb tal-Knisja, fil-festa tal-10 ta’ Frar tibda’ propju bil-profezija: Il-poplu li kien jimxi fid-dlam ra dawl kbir, dawl kbir idda fuqu. B’hekk wieħed jista’ jgħid li fl-10 ta’ Frar aħna l-Maltin niċċelebraw il-fatt li ltqajna ma dan id-dawl.

    Il-Maltin ifaħħru lill-Alla ta’ dan id-dawl permezz tal-Innu Malti; “bl-oħla dawl int libbist”. Infaħħru lil Alla wkoll għaliex permezz ta’ dan id-dawl iltqajna wkoll mal-Ewkaristija. Il-laqgħa tal-Appostlu missierna ma’ Ġesù, kienet laqgħa mhux ma katavru, imma ma’ Ġesù ħaj.

    Tkun ħaġa sabiħa li aħna nitħeġġu biex kull nhar ta’ Ħadd niċċelebraw dan id-dawl kbir li laqqagħna miegħu l-Appostlu Missierna.