Home Filmat: "Il-mina biex nużawha kantina għall-patata u l-inbid?" - Cassola

    Filmat: “Il-mina biex nużawha kantina għall-patata u l-inbid?” – Cassola

    minuta qari

    F’filmat qasir, il-Kandidat Independenti għall-Elezzjonijiet Ewropej, Arnold Cassola, staqsa x’inhu l-punt tal-mina bejn Malta u Għawdex, meta jikkunsidra l-pjanijiet tal-Prim Ministru li jagħti x’jifhem li huma kontradittorji.

    Cassola qal li Muscat qal li f’sitt snin, meta titlesta l-mina, l-Għawdxin se jkunu jistgħu igawdu minn vjaġġi b’xejn minn Għawdex sa Malta, imma staqsa għalfejn ma jistgħux jagħmlu hekk issa minnflok jistennew? Fl-istess ħin intqal ukoll li fi żmien sitt snin, il-gżira t’Għawdex tkun qed tuża karozza tal-elettriku biss, u Cassola staqsa: x’inhu l-punt li tinbena mina jekk il-karozzi f’Malta jaħdmu bil-petrol ma jistawx jinstaqu f’Għawdex?