Home IVA - għalina, għal uliedna u għal pajjiżna

    IVA – għalina, għal uliedna u għal pajjiżna

    2 minuti qari

    16-il sena ilu wara kampanja ta’ ħames ġimgħat morna nivvutaw f’referendum biex niddeċiedu l-futur ta’ pajjiżna. Morna nivvutaw biex niddeċiedu jekk postna kienx fl-Unjoni Ewropea. Il-Partit Nazzjonalista b’mod determinat kien ħadem favur sħubija fl-Unjoni Ewropea.

    Dakinhar il-poplu kellu mistoqsija ċara quddiemu. Taqbel li Malta issir membru tal-Unjoni Ewropea fit-tkabbir li se jsir fl-1 ta’ Mejju 2014?

    Dakinhar il-poplu wieġeb u qal IVA.

    Illum statistika tal-Ewrobarometru turi kif aktar minn 90% tal-Maltin u Għawdxin iħossu li d-dħul ta Malta fl-Unjoni Ewropea kien ta’ benefiċċju għal pajjiżna. Din hi konferma ta’ kemm il-Partit Nazzjonalista kien fuq in-naħa tas-sewwa.

    Ma kienx kollox ward u żgħar, kien hemm oppożizzjoni laburista li akkost ta’ kollox riedet iċahħħadna minn din l-opprtunità b’kampanja ta’ gideb u biżgha.

    Jiena kburi li tajt sehmi f’din il kampanja. Matul l-aħħar snin Malta ibbenefikat mhux biss permezz ta’ fondi Ewropej imma anke permezz ta’ bosta drittijiet fostom vjaġġar b’mod ħieles fl-Ewropa u dritt li weħed jistudja u jaħdem f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.

    Ħdimt spalla ma’ spalla mal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Eddie Fenech Adami u ma’ bosta uffiċjali oħra biex nippreparaw ruħna għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja.

    Kif impenjajt ruħi bħala ministru favur dan kollu hekk qiegħed nagħmel illum il-ġurnata mill-Parlament Ewropew sabiex inkomplu intejbu l-kwalita tal-ħajja tal-Maltin u Għawdxin.