Home Vlogg: Il-poplu sab ragħaj b'qalb kbira f'Mons. Cremona

    Vlogg: Il-poplu sab ragħaj b’qalb kbira f’Mons. Cremona

    minuta qari

    L-Arċisqof Charles Scicluna awgura lis-saċerdoti reliġjużi u djoċesani li għandhom il-50 sena anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tagħhom, fosthom iż-żewġ Dumnikani l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona u l-Arċisqof ta’ Tirana-Durres fl-Albanija George Frendo.

    L-Arċisqof iddeskriva lill-Arċisqof Emeritu Cremona bħala “ragħaj b’qalb kbira,” li minkejja li m’għadux arċisqof, ma naqasx milli jagħti eżempju tajjeb lill-Maltin, u milli jgħin bil-ħerqa lil kull min jirrikorri għandu. Huwa rringrazzjah ukoll b’mod personali tal-eżempju li tah.

    Mons. Scicluna qal li kull saċerdot huwa don kbir għall-poplu tiegħu meta jgħix il-vokazzjoni b’fedeltà, bħalma jagħmel l-Arċisqof ta’ Tirana-Durres fl-Albanija George Frendo, li huwa ta’ valur kbir fil-missjoni li jwettaq f’din l-art.

    Huwa awgura lis-saċerdoti kollha, filwaqt li ħeġġeġ lill-poplu Malti jitlob għall-vokazzjonijiet għas-saċerdozju u għall-ħajja reliġjuża.